Lokali Parlament

Iċ-Child Care b’xejn ma kellux effett fuq in-numru ta’ nisa jaħdmu

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat nazjzonalista Claudette Buttigieg qalet li c-Child Care b’xejn ma’ kellux l-effett taż-żieda fin-numru ta’ nisa jaħdmu kif qed jgħid il-Gvern. Din hija miżura tajba imma l-ikbar qabża, żieda ta’ nisa li jaħdmu f’pajjiżna, minn sena għal sena ma saritx għax il-Gvern Laburista daħħal ic-Child Care b’xejn.

Fil-parlaemnt Claudette Buttigieg qalet li fil-fatt id-differenza bejn l-2014 u l-2015 kienet biss ta’ 1% (minn 54.3% ghal 55.3%) u d-differenza bejn l-2014 u l-2016 kienet ta’ 3.7% (minn 54.3% ghal 58%). Kienu l-miżuri tal-aħħar budgets tal-Gvern Nazzjonalista li raw l-ikbar żieda fin-numru ta’ nisa li dażlu jaħdmu. Mill-2011 ghall-2012 kien hemm żieda ta’ 4.2% (minn 43.8% għall-48%) u qabża ikbar ta’ 7.9% fl-2013 (minn 43.8% għall 51.7%).

L-inizjattiva tac-Child Care b’xejn hija tajba u kienet proposta tal-Partit Nazzjonalista wkoll imma l-Ministru għandha tara fejn qed tonqos din is-sistema.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li diskriminatorja kontra n-nisa foqra, vittmi ta’ vjolenza domestika, nisa bi problem tad-droga jew addictions oħrajn għax biex tieħu s-servizz ta’ Child Care b’xejn trid tkun koppja fejn iz-żewġ ġenituri jaħdmu! Fejn hi r-ruħ soċjali ta’ Gvern Soċjalista?

Dawn huma kollha fatturi li qed jaffetwaw ħażin hafna lill dawk in-nisa li għandhom bżonn l-indipendenza finanzjarja specjalment f’sitwazzjonijiet ta’ abbuz fejn qed ikunu mcahhada mill-flus, partikolarment fejn hemm separazzjonijiet u bil-wisq aktar fejn hemm vjolenza domestika.

Claudette Buttigieg qalet li qed tirriżulta żieda qawwija ta’ infezzjonijiet trasmessi sesswalment.

L-ECDC ġibdet l-attenzjoni li Malta hija fost l-agar fl-Ewropa għat-trasmissjoni tal-HIV u jkun tajjeb li nibdew naraw xi tip ta’ sforz serju edukattiv, fis-servizzi tas-saħħa u fil-politika biex din il-mewġa nrażżnuha qabel tkompli teqred nisa u rġiel fil-fjur ta’ ħajjithom!