– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella lill-Gvern biex jassigura li s-setturi tas-sajd, tal-biedja u tar-raħħala jkunu salvati milli jispiċċaw.
Fil-Parlament Edwin Vassallo tkellem dwar il-biedja, s-sajd u r-raħħala u qal li dan hu budget li jġib preokkupazzjoni. Dan il-budget qed jikkonferma li dan hu gvern li ma jimpurtahx mill-ġejjieni tal-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda.
Grupp ta’ 100 bidwi ingħaqdu flimkien biex juru li huma jinsabu fl-aħħar ta’ ħajjithom. Fil-futur mhux se jibqa’ iktar bdiewa fil-pajjiż. Dawk li jrabbu l-majjal jinsabu fi stat diffiċli ħafna; fejn uliedhom mhux se jkomplu fix-xogħol.
M’hemmx rieda politika biex titjieb is-sitwazzjoni fil-pitkalija, sostna Edwin Vassallo, li kompla li dan hu gvern li qed jidher ma jimpurtahx minnhom. Hu appella lill-gvern biex ikellem lir-raħħala, il-bdiewa u r-raħħala u kompla li hawn €80 kull tunnellata ogla mill-UE. Dawn ma jistgħux jikkompetu mal-majjal importat.
Jeħtieġ djalogu mal-bidewa u r-raħħala, li qed jilmentaw li l-gvern mhux ikellimhom. Il-Gvern wiegħed lill-bidewa li t-taxxa tkun żero flok 3%. Jeħtieġ attenzjoni għall-produzzjoni tal-ħalib għaliex jista’ jkun li ma jkunx hawn ħalib biżżejjed.
Edwin Vassallo qal li għandha issir sorvelja fuq il-point of entry għall-prodoitti agrikoli. Hu appella biex tingħata attenzjoni fil-Biċċerija, l-ilma tat-tisqija u l-għajnuna għall-bdiewa. Il-gvern qed jerġa’ jilgħab bin-nassaba, sostna Edwin Vassallo, li kompla li d-delizju tal-insib tal-għasafar tal-għana għandu jkun salvat.
//= $special ?>