– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-gvern tant falla fl-ambjent li Malta qed ikollha tħallas iktar biex ikun aċċettat li tkompli tħammeġ.
Fil-parlament Jason Azzopardi tkellem war l-ambjent u qal li l-budget kien fih tliet pagni biss għall-ambjent; huma 3 pagni b’ripetizzjoni kwazi totali tad-diskors ta’ sena ilu. X’razza ta’ rule of law hija meta titwaqqaf Aġenzija jew Awtorità b’poteri eżekuttivi izda l-Ministru ma joħroġ ebda Avviż Legali qabel titwaqqaf?
Dwar Ambjent Malta u d-Direttorat għall-Ambjent, Jason Azzopardi staqsa jistax il-Ministru jgħid għalfejn, fit-twaqqif ta’ Ambjent Malta, id-Direttorat għall-Ambjent fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qatt ma ġie kkonsultat jew involut?
Hu semma’ l-emissjonijiet u qali dawnm hux talli ma naqsux, talli żdiedu u qed inħallsu biz-zalza b’multi għoljin għall-inkompetenza tal-Gvern. Il-European Commission dwar il-Paris Climate Agreement: Taking stock of progress: jgħid li: “Malta has exceeded its AEAs every year since 2013 and will again need to purchase AEAs and/or international project credits”. ir-rapport jgħid li: ‘Malta is the only EU State to have had to purchase AEAs (annual emmissions allocations)’! Dan hu falliment ieħor kbir tal-Gvern Laburista li jgħid li hu l-aqwa żmien. Malta l-uniku pajjiz mit-28 li qed inħallsu biex iħalluna nħammġu l-arja iktar milli suppost!
Il-poplu Malti kellu jħallas għal din l-inkompetenza. Hu stabbilit li Malta se tkun qed timmissja l-miri tal-UE dwar l-emissjonijiet. Fl-2016 il-gvern Malti ffirma ftehim mal-Bulgarija li sal-2020 Malta tħallas medja ta’€1.4 biex titħalla tħammeġ iktar fis-sena.
Dwar il-ġbir tal-iskart, Jason Azzopardi qal li l-gvern żbalja tant li kellu jibdel l-avviż legali wara biss xahar.
Il-Gvern irid jispjega kif il-kuntrattur intrabat li jqassam il-bins fi 80 ġurnata u suppost tqassmu iżda hawn lokalitajiet li ma rċevew xejn. X’penali twaħħal il-kuntrattur? Il-kuntrattur li rebaħ l-offerta riedu jrebbuh. Kien hemm diversi operaturi interessati u d-Dipartiment tal-Kuntratti kien mitlub jagħti spjega kif fi tliet xhur jitqassmu l-bins kollha. Id-Dipartiment tal-Kuntratti bagħat nota fit-18 ta’ Mejju 2018 u qal li diġà kien hemm ilmenti dwar it-terminu stabbilit minħabba li dan kien qasir. Biex jaqtgħu qalb il-kumplament, min rebaħha falla u ddelega lill-iscouts u l-girl guides biex iqassmu l-bins. Il-penali kienu imposti? staqsa Jason Azzopardi.
Dwar il-kompost, Jason Azzopardi qal li l-ministru għandu jispjega fejn se jmur il-kompost għax żgur mhux se jmur fil-ħamrija Maltija. Skont il-Wasterv, l-iskart organiku se jmur fl-impjant ta’ Wied il-Għajn, liema impjant jesa’ 35,000 tunnella waqt li d-dokument tal-ministeru jgħid li dan jista jitla’ 75,000 tunnellata. Fejn se jmur il-kumplament. Id-dokument tal-2014 tal-Waste Management jispjega li l-iskart organiku ġġenera 150,000 tunnellata fl-2011. Kif jistgħu dawn jidħlu fl-impjant?
Hu staqsa x’se jsir mill-Inspire li jieħdu l-misħun mill-impjant ta’ Sant’Antnin.
Dwar l-infurzar tal-iskema tal-ġbir ta’ skart, Jason Azzopardi qal li l-gvern qed jieħu dawn il-miżuri għax irid jiġġustifika l-inċeneratur.
Hu appella lill-gvern biex jibdel il-linja li miexi biha għax din hi ta’ ħsara kbria għall-poplu Malti. L-Oppożizzjoni lesta tagħti kontribut, sostna Jason Azzopardi.
//= $special ?>