– Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-gvern mhu qed jagħmel xejn biex jippreppara liż-żgħagħar ta’ 16-il sena għad-dritt tal-vot. Hu kompla li minn staħrriġ tal-E%Y jidher li 30% taż-żgħażagħ qalu li l-politka Maltija mhix importanti għalihom. Ftit qed isir dwar l-obeżita fil-pajjiż. Dwar l-isport hu qal li fl-2023 se jisru l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Malta.
Din hi opportunità biex Malta ttejjeb l-infrastruttura sportiva fil-pajiż, sotna Ryan Callus,li kompla li fix-shooting range ngħataw €7 miljuni f’direct order u din swiet id-doppju ta’ dak li kienet tiswa. Dan m’għandux ikun ripetut. Hu qal li l-impenn fl-isparar għandu jntwera f’dixxiplini oħra fil-pajjiż. Għandu jsir titjib tal-faċilitajiet eżistenti. Liema faċiliatjiet saru mill-gvern Nazzjonalista.
Ryan Callus tkellem dwar ir-riżultati sportivi li qed jinkisbu u qal li dan għandu jkun marbut mar-riżultati li jinkisbu fil-pajjiż, kif għamlu pajjiżi oħra fosthom l-Iżlanda. Hu semma’ t-trakka tal-karozzi u l-muturi u qal li din hi wegħda elettorali li saret u trid titwettaq mill-Gvern. Din it-trakka tista’ tkun tajba wkoll biex tintuża għal skopijiet ta’ sigurtà fit-toroq. Jeħtieġ li jsir investiment fl-isport li qed iħalli riżultati fil-pajjiż.
Hu qal li se ssir strateġija nazzjonali dwar l-isport. X’ġara mix-shooting range li llum jinsab magħluq? staqsa Ryan Callus, li qal li hu investiment li sewa’ €10 miljuni. Hu semma’ l-ground tar-rugby li kien imwiegħed qabel l-elezzjoni u qa li dan għadu ma sarx.
Dwar l-għajnuna lil organizzazzjonijiet sportivi, hu qal li din ilha ma tiżdied tliet snin minn €1.5 miljun. Din hi turija li l-gvern mhux veru jemmen fl-isport meta fil-pajjiż hawn 400 klabb u adwar 50 federazzjoni. Hu qal li l-gvern wiegħed €600,000 fir-riġenerazzjoni ta’ spazji miftuħa.
Fl-open air gyms hemm abbandun totali. Dwar Sport Malta, Ryan Callus qal li ma kien hemm l-ebda żieda għal sport Malta minn €2.4 mijun. Hu semma skola sport u qal lig ħadha bla trakka tal-ġiri. Ma jistax ikollna skola tal-isport bla pixxina.
Dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-isport, Ryan Callus qal li hu jweġġa’ li investitur barrani li jgħid li se jinvesti €250 miljun fl-isport iżda ma jinstabux il-faċilitajiet neċessarji. Hu qal li din għandha tkun miftuħa għal sport ieħor minbarra l-football u l-waterpolo għaliex mhux ġust li dawn biss jistgħu japplikaw għall-kummerċjalizzazzjoni tal-isport. Għandu jkollna soċjet ħielsa mill-korruzzjoni fl-isport u li żżid is-suċċessi, sostna Ryan Callus.
//= $special ?>