Il-General Workers’ Union formalment talbet lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD) biex fuq l-aġenda tiegħu jpoġġi għad-diskussjoni l-proposta tal-GWU li kull ħaddiem f’Malta għandu jkun imsieħeb fi trade union tal-għażla tiegħu.
Fl-ittra tiegħu, indirizzata liċ-Chairman tal-MCESD John Bencini, is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja qal li llum huwa l-mument opportun li din il-proposta tkun diskussa u dan fid-dawl li, meta din tnediet f’Ottubru li għadda waqt il-Kungress Nazzjonali Straordinarju tal-GWU, din kellha reazzjoni pożittiva mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Bugeja kompla billi qal li f’dawn l-aħħar jiem din il-proposta ġġenerat interess qawwi fost l-imsieħba soċjali, speċjalment b’interventi fil-midja lokali.
//= $special ?>