Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jiddikjara appoġġ lil Manfred Weber

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jkun qed jivvota għal Manfred Weber bħala l-magħżul tal-Partit Popolari Ewropew għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea.

Żvela dan f’kummenti lil Net News, sigħat biss qabel hu jmexxi delegazzjoni ta’ għaxar persuni li se jitilgħu Helsinki, fejn se jsir il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew.

Il-vot jittieħed nhar il-Ħamis, wara li għall-aħħar ġimgħat saret kampanja bejn iż-żewġ kandidati, l-istess Manfred Weber u Alexander Stubb.

Matul il-jumejn ta’ dan il-Kungress, se jsiru wkoll diskussjonijiet varji bejn il-mexxejja Ewropej, kif ukoll dibattiti dwar il-futur tal-Ewropa bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ Kummissarji Ewropej.