Ingliża ta’ 21 sena ssofri ġrieħi gravi hekk kif waqgħet minn għoli fiz-zona tar-Riviera fil-limiti iżda tal-Ġnejna, l-Imġarr. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6pm tal-bieraħ.
Fuq il-post marru l-ħaddiema tal-protezzjoni Ċivili, iżda dawn sabu xi diffikultà biex itellgħu t-tfajla u b’hekk issejjaħ fuq il-post il-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fuq il-post tal-inċident issejħet ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma lejn l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għaddhom għaddejjin.
//= $special ?>