– Hermann Schiavone, PN
Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone appella biex ix-xjenza poltiika tkun mgħallma fost l-istudenti.
Fiul-parlament Hermann Schiavone qal li qal li l-frott tal-miżuri fl-edukazzjoni jittieħdu fil-futur. Hu kompla li s-survey ta E&Y juri li 64 fil-mija ta’ min iħaddem jgħidu li ma jistgħux isibu żgħażagħ biżżejjed għall-impjieġi. Dan juri li l-edukazzjoni mhux toffi biżżejjed.
Il-gvern għandu jkollu pjan ħolisitiku fit-tul f’settur daqshekk kruċjali. Il-gvern ma jafx liema setturi ġiodda se jattira u għalhekk ma jistax jagħmel il-pjani edukattivi. Hu tkellem dwar l-importanza tal-ħaddieam kwalifikati għas-settur eħtieġa.
Dwar l-edukazzjoni politika Hermann Schiavone semma l-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena u staqsa jekk l-edukazzjoni politika hux se tkun inkluża bħala suġġett jew fl-istudji soċjali. Hu importanti li ż-żgħażagħ jitgħallmu x-xjenza politika biex din ma tkunx mgħallma bħala konfront iżda bħala għodda biex isservi. Hu qal lix-xjenza politika għandha tkun komunikata wkoll lill-ġurnalisti.
Dwar l-iskejjel hu qal li dawn għandhom ikunu utilizzati aħjar fosthom bl-użu tal-NGOs. Dwar dawn l-għaqdiet, Hermann Schiavone qal li l-gvern stenna ż-żjara tal-Moneyval biex daħħal ċertu liġijiet.
//= $special ?>