Lokali Parlament

Jeħtieġ iktar inċentivi għall-ħarsien tal-ambjent

– Marthese Portelli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli qalet li kellu jkun hemm iktar inċentivi għall-ħarsien tal-ambjent u għandu jkun hemm aġenda 2050 li jkun fiha miri speċifikata u maqbula bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni. Hi appelllat għal iktar enfasi fuq l-iskejjel biex dawn jitjiebu u jiddaħħal l-iżvilupp sostenibbli. Jeħtieġ li l-pajjiż ikollu politika dwar l-ambjent naturali biex jissewwa’ kull fejn tkun saret il-ħsara.

Fil-parlament Marthese Portelli tkellmet dwar il-liġi tad-demanju pubbliku u qalet li wieħed mill-iktar siti importanti tal-pajjiż ma kinx inkluż fil-lista. Dan kien Wied Għomor; bejn is-Swieqi u San Ġwann. L-applikazzjonijiet għall-iżvilupp f’dan il-wied qed ifaqqsu kuljum. Hi appellat lill-ministru biex jerġax jimmissja mira oħra biex il-Wied ikun inkluż fil-ista tad-demanju pubbkiku.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet il-fuel stations u qalet li l-ministru kien qabel li l-policy għandha tun riveduta. L-ERA ħarpet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha iżda għadu ma nstema’ xejn. Il-policy aħħarija trid toħroġ mil-Ministru għall-Ippjanar. Ikun denju li l-Mnistru tal-Ambjent jagħmel il-pressjoni li hemm bżonn biex din il-policy tkun riveduta għaliex issa l-fuel stations qed ifaqqsu ma’ kullimkien.

Marthese Portelli semmiet l-ISPED u qalet li dan ma kinx tajjeb biżżejjed għax ma kellux viżjoni fit-tul. Sentejn oħra dan id-dokuemnt se jiskadi.