– Simon Busuttil, PN
Id-deċiżjoni li tkun irtirata l-liċenzja tal-Bank Pilatus tikkonferma kemm il-PN kellu raġun fil-pożizzjoni dwar l-irregolaritajiet ta’ dan il-bank.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li hu ħadem biex isem Malta jkun rispettat iżda dak li qed iwettaq il-gvern qed iħammeġ isem Malta. Hu tratta l-aħħar sena fejn kien hemm il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li fil-parlament sar dibattitu b’urġenza dwar Malta fejn intqal li f’Malta hawn problema tss-saltna tad-dritt. Din ir-riżoluzzjoni għaddiet b’appoġġ straordinarju minn kull rokna politika inkluż mis-soċjalisti Ewropej. Din ġabet l-appoġġ ta’ 68% tal-voti.
F’Diċembru saret żjara ta’ MEPS f’Malta biex jinvestigaw is-sitwazzjoni dwar ir-rule of law waqt li f’Jannar inħareġ rapport li kkonkluda li Konrad Mizzi u Keith Mizzi nqabdu f’Panama Papers u allura kellhom jitressqu l-qorti.
F’Jannar 2019 il-Greco ħabbar li se jżur Malta, f’Mejju saret it-tieni żjara ta’ MEPs li kkonkuldew l-istess, f’Ġunju sar ir-rapport tat-tieni żjara jikkonferma l-istess konklużjonijiet, f’Ġunju l-European Banking Authority bdiet tinvestiga lill-FIAU waqt li f’Lulju l-EBA ikkonkludiet li l-FIAU kisret il-liġi Ewropea.
Din kienet l-ewwel darba li din l-entità ħadet pożizzjoni u din ħaditha propju fuq Malta. Hu semma’ diversi żjarat oħra li saru f’Malta u deċiżjonijiet oħra fosthom li tneħħiet il-liċenzja ta’ Pilatus Bank u li kellha tibda l-ħidma tal-Moneyval f’Malta biex jinvestigaw is-sitwazzjoni tal-ħasil ta’ flus f’Malta.
Simon Busuttil qal li Pilatus Bank issa spiċċa minn Malta; deċiżjoni li tikkonferma kemm l-Oppożizzjoni kellha raġun tgħid li dan hu bank ta’ magna ta’ ħasil ta’ flus. Din id-deċiżjoni ġiet sentejn tard għax issa isem Malta laħaq iċċappas. Fil-verità l-gvern irtira din il-liċenzja għax kien sfurzat. Kienu l-awtoritajiet Ewropej li rtiraw il-liċenzja tal-Pilatus Bank.
Hu sostna li l-FIAU kenet informata li Schembri kien ħa interess personali fil-liċenzja ta’ Pilatus Bank. Għalhekk ma riedux jagħlquh il-Pilatus għax kellhom kontijiet bankarji fih. Il-Gvern Malti tilef kull rispett, sostna Simon Busuttil, li kompla li anki tas-Soċjalisti Ewropej.
Issa l-Kummissjoni Ewropea qed tibda tiċċaqalaq fil-konfront ta’ Malta, sostna Simon Busuttil, li appella lill-gvern jieħu passi kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri. Hu qal li l-UE ħadet proċeduri kontra żewġ pajjiżi li jintużaw biss kontra pajjiż li kiser ir-regoli tal-UE. Dawn huma l-Polonja u l-Ungerija. Dawn jistgħu jwasslu għas-sospenzjoni tal-vot lill-pajjiżi involuti jew anki sospenzjoni tal-fondi.
//= $special ?>