– Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li fil-ħruġ tal-permessi tat-torri tad-db f’Pebroke hemm numru kbir ta’ kunflitti ta’ interesis u ksur ta’ regoli.
F’diskors fil-parlament Karol Aquilina tkellem dwar il-proġett tad-db f’Pembroke u qal li l-komunitajiet tal-lokalitajiet effettwati u l-ngos ingħaqdu flimkien biex il-peremssi jkunu irtirati.
Hu qal li hemm konflitt ta’ interess ċar fl-approvazjoni u l-ħruġ tal-permess fosthom minn Matthew Pace li hu membru tal-Awtorità tal-Ippjanar u għandu aġenzija tal-propjetà li qed tirreklama l-propjetà fit-torri tad-db, kunflitt mid-deputat Laburista Clayon Bartolo li hu membru fl-Aawtorità tal-Ippjanar u qed jappoġġja lill-gvern li għamel id-deal, nuqqas ta’ skrutinju minn Jacqueline Ghili li twasslet għal-laqgħa tal-bord b’jet privat ma kinitx preżenti għall-preżentazzjoni u vvutat favur, nuqqas ta’ konformità mal-height limitaions, nuqqas ta’ konformità mal-floor area ratio policy, nuqqas ta’ konformità mal-policies tal-impatt viżiv, appartamenti iċken mill-policy stabbilita, is-social impact assessment kien falz uma sarx, il-proġett ma jaqbilx ma’ policies internazzjonali minħabba li hemm bini li hu protett li se jiżżarma, diversi aspetti fil-policies fil-ħarsien tal-kosta li se jinkisru, mhux ikun ikkunsidrat l-impatt tat-traffiku, ma kinitx osservata l-liġi dwar id-demanju pubbliku, m’hemmx development brief u master plan għaż-żona, hemm nuqqas ta’ ħarsien għall-biodiversità u hemm nuqqas ta’ osservanza ta’ liġijiet dwar l-emissjonijiet u l-iskart.
Hu appella lill-ministru biex quddiem dan il-każ ta’ żvilupp kbir, l-għaqdiet ambjentali u r-residenti qed isibuha diffiċli biex jagħmlu appell u sottomissjonijiet. Din is-sitwazzjoni għandha tkun indirizzata billi jinħoloq fond speċjali għall-ngos u l-kunsilli lokali biex dawn japplikaw għall-fondi u jagħmlu l-istudju li hemm bżonn.
//= $special ?>