Internazzjonali

L-Armata Britannika tiftaħ il-bibien għaċ-ċittadini tal-Commonwealth

Il-Gvern Britanniku ddeċieda li persuni barranin ċittadini tal-pajjiżi tal-Commonwealth se jkunu jistgħu jissieħbu fil-militar tar-Renju Unit. dan jinkludi l-Armata, ir-Royal Air Force u r-Royal Navy. Dan minkejja li dawn l-individwi qatt ma għexu fil-pajjiż bħal ma kien mitlub s’issa.
Il-pjan hu intiż biex itaffi kriżi ta’ reklutaġġ għal mal-qawwiet armati Britanniċi.

L-applikazzjonijiet jiftħu fil-bidu tal-2019.

Il-Gvern Britanniku, s’issa, kien jippermetti biex 200 ċittadin tal-Commonwealth li ma jkunux għexu għal ħames snin fir-Renju Unit japplikaw mal-qawwiet armati tal-pajjiż, b’din ir-regola ilha effettiva mill-2016.