Lokali

“L-għajxien aħjar ma jiġix biss mill-GDP”

“Inħarsu lil hinn mit-tkabbir ekonomiku”

Dawk li jpoġġu l-interess taċ-ċittadin fiċ-ċentru, ma jistgħux biss jaħdmu l-għoli tal-ħajja tal-poplu fuq it-tkabbir tal-GDP. Hekk stqarr l-Editorjal tat-Times of Malta illi fl-edizzjoni tat-Tnejn iffoka fuq it-tkabbir ekonomiku.

L-Editorjal jirreferi ghall-attività ta’ E&Y fejn l-editur tal-Financial Times għall-Afrika, David Pilling, argumenta b’mod konvinċenti li t-tkabbir ekonomiku ikun importanti għall-ħajja tan-nies jekk jagħtihom dak li jridu; bħal ħajja itwal u aktar b’saħħitha, faċilitajiet pubbliċi aħjar u arja aktar nadifa.

“Il-qliegħ tagħhom (tal-poplu) ma jirriflettix l-benesseri, it-tkabbir ekonomiku, li ħafna jsemmu”

L-istatistiċi tal-GDP, għalkemm impressjonanti jistgħu ifissru ftit lin-nies għax huma ma jkollhomx titjieb fil-livell tal-għajxien tagħhom. Pilling qal ċar u tond li kultant dan it-tkabbir jaf joħloq deluzzjoni, li mbagħad lanqas il-Gvern ma jkun konxju bid-distinzjoni bejn il-ġid u l-ħajja aħjar. Huwa infatti kien saqsa jekk l-ammont ta’ dħul fil-pagi tal-familji Maltin huwx jikber b’mod sinifikanti bħal mhu jikber il-GDP.

Dwar dan il-Kap tal-PN, Adrian Delia kien tkellem b’mod ċar u konkret fir-replika tal-Budget 2019. Fejn sostna dan l-istess messaġġ li ħafna issa qed jgħidu u jħossu.

L-Editorjal tat-Times għalaq billi stqarr li r-rettorika tan-numru sippost tnissel tħassib dwar jekk vera l-qliegħ tagħhom ma jirriflettix l-benesseri, it-tkabbir ekonomiku, li ħafna jsemmu.