Il-magazine Ġermaniż Der Spiegel irrapporta li Manchester City u l-isponsors tagħhom immanipulaw il-kuntratti biex iduru mar-regolamenti tal-Financial Fair Play tal-UEFA.
Huma qalu li raw dokumenti interni li juru kif uffiċjali tal-klabb Ingliż iddiskutew kif iduru ma’ ftit aktar minn €11-il miljun fl-2013. Der Spiegel irrapporta wkoll kif is-sid ta’ Manchester City Sheikh Mansour ipprovda żieda ma’ ftehim eżisteni mal-isponsors f’Abu Dhabi biex jinvesti aktar flus fil-klabb.
City qalu li mhux se jikkumentaw fuq dawn l-akkużi, li waslu wara allegazzjonijiet inizjali l-Ġimgħa li għadda fuq il-klabb u l-Financial Fair Play. Il-President ta’ La Liga Javier Tebas għamel akkuża simili s-sena l-oħra, bil-UEFA tirrispondi li ma kinitx qed tinvestiga lil City. L-ogħla assoċjazzjoni tal-futbol kienet sabet lil Manchester City ħatja ta’ ksur tar-regoli tal-FFP fl-2014 u ż-żewġ partijiet qablu fuq multa ta’ €56 miljun li ftit aktar minn €36 miljun minnhom kienu sospiżi, filwaqt li l-iskwadra tagħhom għaċ-Champions League fl-istaġun 2014/2015 kienet tnaqqset.
Der Spiegel qal li dan il-ftehim ta’ ħlas hu dgħajjef u ntqal li l-UEFA lanqas kienet konxja totalment tal-gravità li kienet mqarrqa biha.
//= $special ?>