Lokali Parlament

Minkejja l-andament tal-ekonomija…fadal ħafna jaħdmu u jgħixu fil-prekarjat

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder sostna li minkejja l-andament tal-ekonomija Maltija fadal ħafna jgħixu u jaħdmu fil-prekarjat.

Fil-parlament Karl Gouder tkellem dwar ix-xogħol u qal li l-fatt li l-qgħad hu f’rata baxx ida ma jfissirx li kollox jinsab tajjeb. Il-politika tal-gvern mhixqed tagħti importanza għall-viżjoni futura. Ir-riżultati qed jinkisbu għaliex fil-passat kien hawn poltiċi li ħasbu għal-lum.

Il-pajjiż mhux jaħseb għal industriji ġodda għal-futur. Jirriżulta li minkejja l-andament tal-ekonomija, hawn 9% li qed jgħixu u jaħdmu fil-rpekarjat. Fuq 12-il xahar il-fiduċja tal-investituri niżlet. Dak li qedi seħħ fis-Satabank hu inkwetanti, sostna Karl Gouder, li kompla li ma sarx investiment fir-riċerka u l-iżvilupp. Hu appella biex l-MCESD jkun imsaħħaħ.

Hu qal li l-PN jemmen li għandu jsir ibattitu dwar il-proposta tal-Prim ministru li kull ħaddiem ikun membru ta’ union bilfors. Jeħtiġe li jkun hemm iktar nisa fil-politika, sostna id-deputat Nazzonalista li tkellem dwar kif jinħadem il-kumpens tal-għoli tal-ħajja. Iż-żgħażagħ qed isiubha diffiċli ħafna biex jgħixu ħajja normali u jixtru dar tagħhom. Hu qal li jaqbel li s-suq imexxi fil-propjeta iżda ħadd m’għandux jibqa’ lura, sostna Karl Gouder.