PEMBROKE A. ………..…. 0 ŻEJTUN C. ……………….. 0
Pembroke: K. Gerada, J.P. Mifsud Triganza, Z. Grech, T. Fenech, D. Cachia (G. Muscat 87’), C. Camilleri (G. Azzopardi 77’), A. Hili, N. Grech, M.A. Borg, I. Misan (D. Camilleri 85’), G. Claudio
Żejtun: D. Zarb, C. Giordemaina, A. Carabott, A. Smeir (E. Vella 86’), A. Cardona, J. Castano (J. Sato 70’), D. Albanese, B. Farrugia, N. Tabone, R. Spiteri, G. Azzopardi.
Referee: Sandro Spiteri
Pembroke u Żejtun komplew jitilfu punti prezzjużi fi draw ta’ mingħajr gowls u mingħajr wisq emozzjonijiet. Dawn iż-żewġ naħat li bdew b’ambizzjonijiet ferm iktar importanti, tista tgħid li qegħdin iktar qrib iż-żona l-ħamra milli lejn il-promozzjoni.
Għal Żejtun, il-bidla fit-tmexxija tat-tim ma ħallietx il-frott mixtieq u minkejja li Żejtun urew titjib fil-logħob, ir-riżultat aħħari ftit tjieb. Iż-żewġ naħat kienu ġejjin minn telfa fl-aħħar ħarġa tagħhom. Żejtun kienu komplessivament aħjar ilbieraħ iżda Pembroke kellhom xi ċansijiet tajba ta’ skor u gowl li deher validu ta’ Mifsud Triganza li ma kienx konvalidat.
L-ewwel taqsima kienet waħda movimentata u ferm bilanċjata. Żejtun kellhom xi ftit iktar mil-logħob anki jekk l-isbaħ ċans tal-ewwel taqsima wasal għand it-tim ta’ Pembroke.
Bidu aħjar minn Żejtun li kellhom l-ewwel opportunità b’xutt ċentrali ta’ Carabott li kien salvat mingħajr wisq diffikultà minn Gerada. Fl-20 minuta xutt fil-baxx ta’ Cardona għadda ftit barra u fit-30 minuta waslet l-aħjar azzjoni ta’ Pembroke meta Jean Pierre Mifsud Triganza għeleb in-nasba tal-offside u waħdu quddiem Zarb xeħet inkredibbilment barra.
Żejtun komplew jattakkaw fl-aħħar parti tat-taqsima, b’Adam Smeir jonqos li jikkontrolla l-ballun minn qagħda tajba u fl-aħħar azzjoni tat-taqsima kien Carabott li bir-ras minn taħt il-lasta xeħet ftit għoli.
Fis-56 minuta, Żejtun ferm viċin li jiftħu l-iskor meta xutt fil-baxx ta’ Brooke Farrugia ħabat ma’ sieq il-lasta. Wara din l-azzjoni l-logħob seħħ l-iktar f’nofs il-grawnd sakemm fil-71 minuta Pembroke fetħu l-iskor permezz ta’ Mifsud Triganza, iżda wara diversi protesti minn naħa ta’ Żejtun, ir-referee mar jikkonsulta ma’ wieħed mill-assitenti tiegħu u l-gowl kien imħassar. Speċi ta’ verżjoni Maltija tal-VAR.
Ħames minuti mit-tmiem, azzjoni tajba ta’ Żejtun u daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Gilmore Azzopardi salvata mal-art minn Gerada u żewġ minuti wara Junki Sato bir-ras falla minn qagħda ideali.
Żebbuġ jagħtu l-ewwel telfa lil Sirens u jitilgħu fit-tieni post
ŻEBBUĠ R ……………………… 2 SIRENS …………………………. 1
Żebbuġ: J. Borg, D. Fava, S. Schembri, R. Vella, H. Vella, A. Curmi, R. Dos Santos (N. Lahrach 90’), C. Brincat, J. Caetano Da Silva, R. Micallef (D. Caruana 83’), J. Farrugia (S. Buhagiar 72’).
Sirens: M. Montfort, K. Farrugia, R. Mandic, D. Sant, R. Grech, M. Del Negro (L. Galea 72’), M. Micallef (C. Gauci 46’), M.A. Morgon Filho, A.M. Bustos, A. Adeshina, J. Nwoba.
Referee: Daniel Portelli
Żebbuġ Rangers għelbu lil Sirens 2-1 f’konfront dirett biex telgħu fit-tieni post tal-klassifika flimkien mal-istess Sirens, Mqabba, u Vittoriosa, ħames punti wara l-leaders Santa Luċija.
Kienet logħba ferm sabiħa u missielta biż-Żebbuġin ikunu aħjar fl-ewwel taqsima, fejn bnew vantaġġ doppju, filwaqt li fit-tieni taqsima kellhom jiddefendu r-ritorn qawwi ta’ Sirens li minkejja taqsima tajba u l-isforzi tagħhom ma rnexxielhom jieħdu xejn minn dan il-konfront, biex kellhom ibaxxu rashom għall-ewwel telfa.
L-ewwel azzjoni tal-logħba minn naħa ta’ Żebbuġ fejn Rodrigo Dos Santos kellu ġirja ferm tajba bix-xutt finali tiegħu jmur ftit għoli. Il-logħob kompla bilanċjat sakemm f’nofs it-taqsima, Żebbuġ fetħu l-iskor meta CAETANO DA SILVA daħal tajjeb għal pass ta’ Rodrigo, u wara li dar mal-gowlkiper xeħet f’xibka vojta.
Minkejja li Sirens ippruvaw iwettqu reazzjoni ma kienx hemm xuttijiet lejn il-lasta ta’ Borg. Minn naħa tagħhom Żebbuġ kienu iktar diretti fil-logħob tagħhom u dejjem kienu ta’ periklu għad-difiża ta’ Sirens.
Fis-36 minuta, azzjoni tajba ta’ Żebbuġ bejn diversi plejers u finalment kien Hubert Vella li minn qagħda angolata impenja lil Montfort li salva b’diffikultà. Ħames minuti wara inqalgħet kwistjoni quddiem il-bank tas-sostituti ta’ Żebbuġ, bi plejer ta’ Sirens imwissi u apparentement bil-kowċ ta’ Żebbuġ Edgar Degabriele mkeċċi.
Minuta mill-intervall Żebbuġ irduppjaw meta HUBERT VELLA ikkontrolla tajjeb il-ballun, dar ma’ difensur u fajjar xutt fil-baxx li għeleb lil Montfort.
Fit-tieni taqsima Sirens ħarġu ferm iktar aggressivi u Żebbuġ kellhom jiddefendu l-vantaġġ doppju fl-ewwel ħinijiet. Fit-63 minuta Jurgen Borg wettaq save spettakolari fuq free-kick ta’ Morgon Filho. Il-gowl meritat għal Sirens wasal żewġ minuti wara meta minn free-kick ta’ Bustos, id-daqqa ta’ ras ta’ ADESHINA IGE għelbet lil Borg fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.
Minuta wara l-ewwel tentattiv ta’ Żebbuġ minn xutt bomba ta’ Rodrigo u risposta mill-aqwa ta’ Montfort. Sirens baqgħu jżidu l-isforzi tagħhom u Jurgen Borg salva r-riżultat meta mblokka b’siequ xutt mill-viċin ta’ Morgon Filho. Fl-aħħar minuti Sirens wettqu l-aħħar sforz biex isalvaw ir-riżultat u l-imbattibilità tagħhom iżda ma rnexxielhomx.
//= $special ?>