Futbol Sport

Tispikka Floriana v Ħamrun Spartans fit-Tielet Rawnd tal-FA Trophy

Ftit tal-ħin ilu telgħu l-poloz tal-FA Trophy fit-Trophies Lounge fil-Millenium Stand f’Ta’ Qali fejn saru magħrufa l-logħbiet tat-Tielet u r-Raba’ Rawnd tat-tieni l-akbar kompetizzjoni fil-futbol lokali. B’kollox kien hemm sitt timijiet mill-Kampjonat Premier li kienu seeded u għalhekk ma setgħux jiġu kontra xulxin. Dawn kienu Balzan, Birkirkara, Floriana, Gżira United, Hibernians u Valletta.

Qabel it-tlugħ tal-poloz, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti għamel l-appell biex it-tim nazzjonali Malti jkollu l-appoġġ għall-aħħar żewġ impenji fi Grupp D3 tal-UEFA Nations League kontra l-Kosovo u l-Gżejjer Faroe, żewġ logħbiet li se jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

It-Tielet Rawnd

Floriana v Ħamrun Spartans

Qormi v Hibernians

Balzan v Qrendi

Nadur Youngsters v Birkirkara

Gżira United v Rabat Ajax

Marsa v Valletta

Mellieħa v Lija Athletic

San Ġwann v Fgura United

Gudja United v Xewkija Tigers

Pembroke Athleta v Żejtun Corinthians

Sliema Wanderers v St. Andrews

Vittoriosa Stars v Tarxien Rainbows

Senglea Athletic v Mosta

Siġġiewi v Melita

Birżebbuġa St. Peter’s v Żebbuġ Rangers

Mdina Knights v Pietà Hotspurs

Dawn il-logħbiet se jintlagħbu bejn il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru u l-Ħadd 2 ta’ Diċembru

Ir-Raba’ Rawnd

Gżira United/Rabat Ajax v Siġġiewi/Melita

Mellieħa/Lija Athletic v Marsa/Valletta

Senglea Athletic/Mosta v Sliema Wanderers/St. Andrews

Mdina Knights/Pietà Hotspurs v Pembroke Athleta/Żejtun Corinthians

Nadur Youngsters/Birkirkara v Floriana/Ħamrun Spartans

Vittoriosa Stars/Tarxien Rainbows v Birżebbuġa St. Peter’s/Żebbuġ Rangers

Qormi/Hibernians v San Ġwann/Fgura

Balzan/Qrendi v Gudja United/Xewkija Tigers

Ir-Raba’ Rawnd se jintlagħab fis-26 u s-27 ta’ Jannar 2019.