L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tagħti kunċert f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fl-24 ta’ Novembru fil-11am, biex tniedi l-MPO Valletta 2018 International Tour.
Taħt id-direzzjoni ta’ Sergey Symbatyan, il-kunċert għat-tour ta’ dan l-istaġun se jiftaħ b’Rebbieħa, poeżija sinfonika miktuba mill-mibki Joseph Vella, kompożitur Għawdxi meqjus bhala ġgant tal-mużika internazzjonalment illi halliena aktar kmieni din is-sena.
Wara dan ix-xoghol muzikali, se jingħaqad mal-orkestra l-pjanist Awstrijak Ingolf Wunder, li flimkien mal-orkestra se jdoqq Travel Notebook ta’ Alexey Shor.
Il-kunċert jiġi fi tmiemu bil-Fifth Symphony ta’ Dmitri Shostakovich. Miktuba xhur wara d-denunzja uffiċjali tiegħu, fil-qofol tal-perjodu ta’ ripressjoni tal-Unjoni Sovjetika, il-Fifth Symphony tikkonkludi bil-finali allegruż li joħloq kuntrast qawwi mat-ton tal-bqija tax-xogħol.
It-tour tal-Orkestra Filarmonika se jiehu lill-muzicisti Maltin l-Istati Uniti kif ukoll ir-Russja.
//= $special ?>
