Lokali

Xena oħra ta’ raġel rieqed barra

Ritratt li jeħodna fi Ġnien il-Mall fil-Floriana

Ritratt li bgħatulna l-qarrejja tagħna juri xena li kull ma jmur qed issir komuni. Fil-Floriana raġel mixħut u rieqed fuq bank fi ġnien il-Mall fil-Floriana.

Ilbieraħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Gvern mhux jammetti l-għoli tal-prezzijiet f’ħafna prodotti essenzjali bħall-prodotti tal-ħalib. Waqt li l-Gvern f’Jannar se jagħti żieda ta’ €2.33 fil-ġimgħa, biż-żieda fil-prezzijiet diġà ħa din iż-żieda minn filgħodu. Dan apparti taxxi oħrajn li l-Gvern idaħħalhom matul is-sena.

Jidher li l-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-RIU huma konxji minn dan il-fenomenu ġdid, iżda mhux ilaħħqu mad-domanda kbira li qed ikun hemm u sejħiet li qed jidħlu fl-għases ta’ persuni reqdin barra.

Diversi Supretendenti qed jitolbu aktar riżorsi u aktar kuntistabbli sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi soċjali ġodda, inkluż dawk ta’ persuni reqdin barra fit-triq, bil-problema ta’ nuqqas ta’ pulizija tinħass fl-inħawi tal-Floriana.

Fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew, NET News irraporta wkoll diversi stejjer reali ta’ nies li mhux biss qed jgħixu f’riskju ta’ faqar, iżda li saħansitra spiċċaw jgħixu fil-faqar u xi kultant saħansitra mingħajr saqaf fuq rashom.

Ikkummenta