Żagħżugħ ta’ 20 sena li m’għandux fejn jgħix spiċċa l-ħabs fuq akkużi li seraq ikel u xorb għal valur ta’ bejn €40 u €50minn bar fil-Belt Valletta.
Nico Spalding fil-Qorti ddikjara li m’għandux fejn jgħix wara li ommu ddaħħlet l-isptar. Iddikjara wkoll li sab xogħol li kien se jibda fil-futur qarib u min se jħaddmu wegħdu li jtih fejn jorqod.
Quddiem il-Qorti, l-avukat tal-għajnuna legali għamel talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni titlob li dan ma jingħatax wara li pprovda informazzjoni skorretta u kien diffiċli li jinstab. Iż-żagħżugħ hu wkoll riċediv u bl-aħħar illegalità tiegħu sseħħ f’perjodu ta’ probation.
Fid-dawl ta’ dan, ħarġet ordni biex Spalding jinżamm arrestat u jingħata kull assistenza possibbli biex jegħleb il-vizzju tad-droga.
//= $special ?>