Lokali

AĠĠORNATA: 149 immigrant ieħor iddaħħlu f’Xatt it-Tiben

149 immigrant irregolari ddaħħlu f’Xatt it-Tiben matul il-lejl wara li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-Armata ntalbet tintervjeni wara li dinghy nstabet f’diffikultà madwar 60 mil nawtiku ‘l barra minn Malta.

Għaldaqtsant, l-immigranti ttellgħu abbord il-patrol boat P51 u waslu Malta fl-aħħar sigħat.

Mis-Sajf ‘l hawn daħlu Malta ‘l fuq minn 1,000 immigrant.