Paniku fi Triq Aldo Moro fil-Marsa, hekk kif għall-ħabta tas-6.55pm ħadet in-nar vettura li tintuża’ biex jinħolqu s-sinjali tat-toroq fejn bħalissa qed isir proġett tat-toroq.
Il-każ seta’ kien aktar perikoluż, hekk kif NET News jinsab infurmat li setgħet seħħet splużjoni ladarba jiżvojta ċ-ċilindru tal-gass abbord il-vettura.
Kien għalhekk li l-Pulizija u l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li laħqu waslu fil-post, żgumbraw iż-żona u waqqfu t-traffiku. In-nar kien ikkontrollat fil-ħin bl-intervent ta’ tliet vetturi tal-Protezzjoni Ċivili.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’ fl-inċident, hekk kif aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>