Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech talab ruling lis-Sedja dwar diskors li għamel fil-konfront tiegħu d-deputat Laburista Glenn Bedingfield.
Fil-parlament Claudio Grech irrifera għal diskors ta’ Glenn Bedinfieled li fih għamel allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Claudio Grech dwar riferenza li hu qal dwar iċ-ċentru tal-immigranti fil-Marsa.
Claudio Grech qal li fil-programm hu kien qed jitkellem fuq il-kundizzjonijiet taċ-Ċentru tal-Immigranti tal-Marsa u d-dikjarazzjoni tiegħu ttieħdet barra mill-kuntest. Hu poġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-programm fejn hu tkellem u sostna li s-Sedja se tkun tista’ tikkonferma li dak li qal hu inqala ‘l barra mill-kunetst iżda kien immanipulat minn Glenn Begdingfield.
Il-ħsieb tiegħi kien bil-maqlub ta’ dak li intqal għaliex jien kont qed nitkellem favur l-integrazzjoni ta’ dawn l-immigranti u biex dawn ma jibqgħux jgħixu fil-kundizzjonijiet li qed jgħixu fihom, sostna Claudio Grech, li qal li l-gvern mhux jinvesti biżżejjed f’dan is-settur.
//= $special ?>