Sitt persuni nżammu taħt arrest bħala parti minn investigazzjoni preliminarja dwar suspettat pjan biex jisfa attakkat il-President Franċiż, Emmanuel Macron.
Sorsi qrib l-investigazzjoni qalu li l-qawwiet tas-sigurtà Franċiżi arrestaw lis-sitta fuq suspett li huma ‘kienu involuti fi pjan impreċiż u mingħajr struttura speċifika bil-ħsieb li l-President jispiċċa suġġett għal xi azzjoni vjolenti’.
L-istazzjon tat-televiżjoni Franċiża BFM TV irrapporta li s-sitta kienu membri tal-lemin-estrem, iżda dan ma kienx ikkonfermat minn imkejjen indipendenti.
L-arresti kienu konklużi fi tliet zoni separati fi Franza – f’Isere, lejn ix-xlokk ta’ Lyon; Moselle, fl-art tal-fruntiera Franċiża mal-Ġermanja u l-Lussemburgu u f’Ille-et-Vilaine, viċin il-belt ta’ Rennes.
Ma kienx ċar x’setgħet kienet il-konnessjoni bejn il-persuni arrestati u dwar kif huma żammew il-kuntatt ma’ xulxin.
F’intervista li kienet ippubblikata nhar il-Ħadd, il-President Macron kien wissa dwar it-theddida mill-movimenti estremisti tal-lemin madwar l-Ewropa, fejn qal li ‘in-nuqqas ta’ impenji biex irażżnu t-theddida matul is-snin għen iwitti t-triq lejn il-poter għall-eks-dittaturi Adolf Hitler (fil-Ġermanja) u Benito Mussulini (fl-Italja).’
//= $special ?>

