Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu dgħajsa fil-boat yard ta’ Manoel Island.
Minn informazzjoni li kiseb NET News jirriżulta li għall-ħabta tas-6.30pm, id-dgħajsa ħadet in-nar.
Fortunatament, ħadd ma kien abbord u għalhekk, mhux magħruf x’seta’ wassal għal dan il-ħruq.
In-nar ġie kkontrollat fi ftit minuti, bis-sehem ta’ għadd ta’ vetturi ta’ tifi tan-nar.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.