L-attakkant Zlatan Ibrahimovic tkellem bl-aktar mod ċar dwar il-futur immedjat tiegħu. Spekulazzjoni fil-media internazzjonali qed jgħidu li Milan jinsabu interessati fih.
L-Iżvediż qal b’mod dirett li hu mhux se jmur ma’ xi ħadd b’self għaliex ma għandux bżonn. Hu żied li jinsab ma’ Los Angeles Galaxy u se jara x’se jiġri. “Galaxy għandhom ix-xewqat tagħhom, jien għandi tiegħi u l-klabb jafhom sew. Jafu liema huma l-offerti li rċevejt u jafu x’qed nitlob.”
Hu kkonferma li jekk jagħżel tim jilgħab miegħu biss u qal li hu mhux inkwetat u kemm hu kif ukoll il-klabb jinsabu pożittivi dwar dan. Il-President ta’ Los Angeles Galaxy Chris Klein qal li l-għan tagħhom hu li jżommu lil Ibrahimovic. Hu żied li l-kuntratt ta’ Ibrahimovic jintemm f’Diċembru tas-sena d-dieħla.
//= $special ?>