Lokali Parlament Saħħa

Il-Gvern qed jagħmel ftit u ftit wisq fis-saħħa mentali

– Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li kontrarjament għall-Gvern Nazzjonalista, il-Gvern Laburista qed jagħmel ftit u ftit wisq fis-saħħa mentali.

Id-deputat Mario Galea qal li l-WHO ilha twissi dwar pandemiji kbar u qal li issa l-gvern se jorganizza konferenza nazzjonali. Hu sostna li l-Gvern ħela ħames snin u ma kompliex jifrex il-kura fil-komunità. Il-Gvern jidher li beda jisma’ mill-Oppożizzjoni u se jibda jinvesti fi klinika tas-saħħa mentali waqt li se jagħmel hostel.

Mario Galea tkellem favur l-għoti tal-kura fil-komunità biex il-pazjenti ma jmorrux l-Isptar Monte Carmeli. Hu tkellem dwar l-importanza li l-kura tkompli tingħata anki jekk il-pazjenti jħossuhom tajba. 70% tal-pazjenti li jkollhom bżonn il-kura mentali iżda ma jfittxuhiex. Għalhekk jeħtieġ l jitwaqqfu kliniċi tas-saħħa mentali.

Mario Galea qal li wara l-1987 gvern Nazzjonalista ttrasforma Monte Carmeli u sostna li l-gvern Laburista jeħtieġ li jagħmel iktar għaliex qed jagħmel biss ftit u ftit wisq.

Mario Galea appella biex jerġa’ jinħoloq il-Crisis Intervetion Team, wara li gvern Laburista waqqfu. Dan it-team kien jaħdem fuq is-suwiċidji. Hu tkellem dwar il-mod kif il-problema tas-suwiċidji kibret bil-kbir madwar id-dinja kollha. Malta tinsab taħt il-medja tal-UE iża s-suwiċidji qed jiżdiedu.

Hu tkellem dwar l-importanza li jsir sptar ġdid u qal li l-gvern waqqaf fherim l kien għamel gvern Nazzjonalista biex l-Awtorità tad-Djar talloka numru ta’ apaprtamenti biex fihom jgħixu l-pazjenti ta’ saħħa mentali. Għandu jitwaqqaf unit ta’ appoġġ għall-familji tal-pazjenti u jeħtieġ politika dwar is-saħħa mentali fuq il-postijiet tax-xogħol.