Lokali Qorti

Il-Kamra tal-Avukati taħtar President ġdid

Il-Kamra ta’ l-Avukati ħabbret il-ħatra ta’ Louis de Gabriele, partner ta’ Camilleri Preziosi Advocates, bħala l-President il-ġdid tal-Kamra ta’ l-Avukati.

Il-ħatra ta’ De Gabriele waslet wara li George Hyzler irriżenja minn President tal-Kamra ta’ l-Avukati sabiex ikun jista’ jieħu l-kariga l-ġdida tiegħu bħala l-ewwel Kummissarju Parlamentari għall-iStandards.

Il-Kamra, issellem u tirringrazzja lill-avukat Hyzler għat-tmexxija tiegħu u għall-impenn personali li dejjem wera’ lejn il-Kamra sa mill-ħatra tiegħu fl-2015 u tawguralu kull suċċess fil-kariga l-ġdida.