Lokali Parlament

Il-Kumitat Parlamentari dwar id-Dijabete għandu jerġa’ jitwaqqaf

– Hermann Schiavone, PN

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone appella biex il-Kumitat Parlamentari dwar id-Dijabete jerġa’ jitwaqqaf.

Fil-parlament Hermann Schiavone qal li 10% tal-popolazzjoni tbati bid-dijabete u hawn oħrajn li ma jafux li għandhom din il-kundizzjoni.

Din il-marda toħloq ħafna tbatija u hi l-kawża ta’ imwiet fil-pajjiż. Jeħtieġ li din il-problema tkun ikkunsidrata bis-serjetà u qed nipproponi li jerġa’ jitwaqqaf il-Kumitat Parlamentari dwar id-Dijabate.

Il-pazjenti għadhom ikunu mgħallma mill-infermiera dwar din il-kundizzjoni. Jeħtieġ li jkun hawn aktar ħaddiem fil-kura primarja, sostna Herman Sciavone, li kompla li fiċ-ċentri tas-saħħa mhux dejjem ikun hemm tabib.