Internazzjonali

ILLEJLA: L-ewwel test veru ta’ Donald Trump

Illum l-Amerikani jivvutaw f’dawk li jissejħu Mid Terms – l-elezzjonijiet għall-435 siġġu fil-Kamra tar-Rappreżentanti u 35 siġġu fis-Senat. Dan apparti elezzjonijiet separati li fihom tkun qed issir votazzjoni għal Gvernatusi f’diversi stati.

Għal Donald Trump dawn il-Mid Terms huma meqjusa test importanti immens. Anke hu stess qed iqishom hekk, tant illi fl-aħħar sigħat indirizza 3 rallies separati fi 3 Stati differenti.

Il-votazzjoni madwar il-pajjiż kollu qed tkun kunsidrata daqs li kieku qed isir referendum għall-Presidenza tiegħu.