– Kristy Debono, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li din hi ċelebrazzjoni ta’ setturi li tista’ tgħid minngħajr eċċezzjoni li twieldu f’gvernijiet Nazzjonalisti u llum jikkontribwixxu għall-aktar tkabbir ekonomiku, ħolqien ta’ impjiegi tal-għola kwalità u li taw spinta eċċezzjonali lill-għexierien ta’ servizzi anċillari li sal-lum għadhom irendu, jikbru u jdawwru r-rota ekonomika b’mod b’saħħtu.
Fil-parlament hi sostniet li qed niddiskutu settur, fejn dejjem irrenja l-kunsens politiku, fejn għadna nemmnu fil-kunsens politiku u allura nemmen li anke d-diskussjoni tkun b’tali mod li aktar milli niddibattu u nargumentaw, niddiskutu x’qiegħed isir tajjeb, kif jista’ l-Gvern iwettaq aħjar u x’inhi d-direzzjoni, il-viżjoni ta’ dan il-Gvern għal dan is-settur.
Hi sostniet li l-ekonomija diġitali hi u għandha tkun iffukata fuq in-nies, għandha tkun l-għodda neċessarja li tixpruna liċ-ċittaddin ikun aktar connected, aktar infurmat u aktar empowered.
F’dan il-budget kien mistenni li inizjattivi u proposti li jinfurzaw il-parteċipazzjoni diġitali fuq kull spectrum tas-soċjetà. Jekk huwiex minnu li s-sezzjoni tal-Information Society li taqa’ taħt ir-responsabiltà diretta tal-MCA, jekk hux minnu li din se tiġi transferred taħt dipartiment, awtorità, jew it-teck.mt?
Il-klima ekonomika hekk pożittiva, il-Gvern kellu l-opportunità li jiffoka aktar fuq il-viżjoni, id-direzzjoni, fejn se jieħu lil dan il-pajjiż għal ħames snin, għaxar snin li ġejjien u b’mod partikolari jfassal politika strateġika fuq l-innovazzjoni; biex verament nerġgħu nissiġġillaw lil pajjiżna fil-quċċata mhux biss fl-ekonomija diġitali però fl-abbilta tagħna li nkomplu naħtfu l-opportunità tal-first mover advantage f’diversi setturi u nħaddnu verament dik il- politika innovattiva li tant nitkellmu dwarha però li ftit wisq inwettqu fuqha.
Il-politka tal-innovazzjoni, jeħtieġ li tittieħed aktar bis-serjetà u l-Gvern jeħtieġ li jirrikonoxxi aktar l-importanza ta’ dan is-settur li permezz tiegħu jista’ verament jagħti jerġa’ dik il-qabża ‘il quddiem fl-ekonomija ta’ sostennibilità ta’ pajjiżna. Minnkejja li qegħdin isiru sforzi ġenwini, l-aktar mis-settur privat fil-business innovation, għandna ‘l bogħod fl-innovazzjoni soċjali.
Hi kompliet li l-innovazzjoni hi ċ-ċavetta għat-tkabbir ekonomiku, jekk verament dan il-Gvern irid jieħu lil dan il-pajjiż livell għola, issa meta s-sostennibiltà finanzjarja tippermetti lill-ekonomija tagħna biex niffukaw fuq id-direzzjoni futuristika għaliex il-Gvern u r-riżorsi tiegħu m’humiex sfurzati fuq l-ekonomija ta’ making ends meet approach, allura issa huwa ż-żmien li verament niffukkaw fuq din iċ-ċavetta għall-ekonomija tal-lum u tal-ġejjieni.
Nemmen li l-Gvern għandu jniedi strateġija nazzjonali ta’ eko-sistema innovattiva, peres li f’dan l-istadju għandna diversi setturi fil-qasam privat li qegħdin jixprunaw in-negozju tagħhom mill-innovazzjoni pero issa l-waqt li jkun hemm l-istrateġija ħolistika, li tgħaqqad id-diversi friegħi u ssir dik il-konnessjoni. Jeħtieġ li din il-konnessjoni issir mad-diversi setturi u tiġi trasformata f’sistema ta’ istituzzjonijiet u proċessi li re-jinfurzaw lil xulxin u flimkien jixprunaw politika ta’ tkabbir.
Dwar l-innovazzjoni fl-edukazzjoni, Kristy debono qalet li bħalissa qegħdin niffaċċjaw sfidi f’dan is-settur. Però din hija n-niċċa l-aktar fertili fejn hemm il-futur. Nemmen li verament wasal iż-żmien biex anke fis-sistemi edukattivi jiġi ntrodotti l-ħiliet relevanti li jixprunaw l-element innovattiv.
Inutli nitkellmu fuq l-opportunitajiet tal-Fintech ghal pajjizna, u fil-fatt mhux se nidhol fid-dettal jekk ma nindirizzawx ukoll riskji bla bżonn li qed inpoġġu lil dan is-settur tant kruċjali fih.
L-aktar settur li qed jiġi espost u dgħajjef fid-dawl tar-reputazzjoni ta’ pajjiżna huwa s-settur bankarju. Settur pilastru għall-ekonomija ta’ pajjiżna li qiegħed jiġi mhedded kontinwament.
Hi ħtieġa kruċjali, li l-FIAU terġa’ ukoll tiġi relevanti, tissaħħaħ, billi tingatalha r-riżorsi biex tagħmel xogolha u aktar minn hekk titħalla tkun il-watch dog tant meħtieġa għal dan is-settur.
Jeħtieġ li nagħtu aktar widen għar-rakommandazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet internazzjonali bhal EBA, Kummissjoni Ewropea, IMF; m’għandhniex għalfejn niġu servuti bil-formal letters. Żgur dan is-settur jixraqlu aħjar.
Il-kompetitittivit] internazzjonali tibqa’ dipendenti fuq il-framework fiskali, il-corporate taxation u allura kull tibdil fuq livell ta’ EU jista’ jipperikola setturi tant u tant importanti bħas-settur finanzjarju u l-gaming.
Għalhekk anke f’dawn is-setturi għadna dipendenza diretta fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż.
Kristy Debono qalet li l-boom fir-real estate huwa ibbażat fuq it-tkabbir fil-popolazzjoni u l-prezz għoli tal-kirjiet fil-propjeta’ li rreferejt għalih aktar kmieni fid-diskors tal-finanzi qiegħed ikun ta’ ostaklu biex kumpaniji internazzjonali jirrelokaw u jespandu lejn pajjiżna.
Hemm bżonn titjib fl-infrastruttura li mhix qed iżżomm il-pass mat-tkabbir fil-popolazzjoni b’ masterplan imminenti fl-infrastruttura. Teżisti pressjoni fil-pagi, inflazzjoni, rati tat-tkabbir tixpruna overheating economy. Brexit tippreżenta opportunitajiet u sfidi għal Malta, speċjalment ttellef il-bargaining power ta’ pajjiżna fuq livell ta’ EU
Il-possibilità ta’ financial meltdown qiegħed jissemma fil-media internazzjonali, l-aktar xprunata minn sfidi ekonomiċi fiċ-Ċina, livelli għolja ta’ dejn f’pajjiżi fiż-żona Ewro u n-nuqqas ta’ progress irrapurtat mill-banek biex jieħdu riformi neċessarji.