Lokali

Jaħarbu bi flus kontanti wara serqa f’Santa Venera

Żewġt irġiel mgħammda u armati b’arma iebsa u tal-ħadida lbieraħ wettqu serqa f’ħanut fi Triq l-Imsida f’Santa Venera. Is-serqa saret għall-ħabta tad-21.30.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li huma daħlu armati fil-ħanut u talbu lill-kaxxiera, tfajla ta’ 16 li toqgħod Santa Venera u mara 30 sena li toqgħod il-Ħamrun għall-flus. Wara li ingħataw il-flus huma ħarbu minn fuq il-post tas-serqa b’ammont ta’ flus kontanti illi jidher li qabzu l-2,500 ewro. Insterqu wkoll 400 card tal-mobile.

Dwar dan il-każ il-Maġistrat tal-Għassa ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizja għadha għaddejja.