Lokali Parlament

Jeħtieġ azzjoni dwar l-obeżità

– Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus appella biex ikun hemm miżuri effettivi fuq l-obeżità għaliex Malta tinsab f’sitwazzjoni diffiċli bl-ogħla rata ta’ obeżità fost iż-żgħażagħ.

Dwar l-obeżità Ryan Callus qal fil-parlament li f’dan is-settur Malta m’hix l-aqwa fl-Ewropa – skont stħarriġ tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa għax għandha l-ogħla rata ta’ obeżità fost żgħażagħ ta’ 13-il sena u etajiet oħra. Il-Prim Ministru kien qal li mhux lest idaħħal taxxa fuq il-fast foods, iżda fl-istess ħin m’għamel xejn fil-bagit biex jgħin lill-fqir biex jixtri ikel bnin. Fl-2016, l-obeżità swiet lill pajjiz €36 miljun.

Dwar il-ligi dwar stili ta’ ħajja sana hu semma’ l-proposta tal-Oppożizzjoni approvata f’Jannar 2016 mill-Parlament. Dan hu abbozz ta’ liġi approvat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fl-Ewropa.

Din tikkontempla madwar 5 azzjonijiet speċifiċi: X’tip ta’ ikel jiġi kkunsmat fl-iskejjel u fil-viċinità tagħhom; l-attività fiżika fl-iskejjel u f’kull livell tas-soċjetà, l-ispiża mill-kunsilli lokali biex jippromwovu stili ta’ ħajja sana, x’tip ta’ ikel jitqassam f’istituzzjonijiet liċenzjati mill-awtoritajiet pubbliċi, speċjalment fid-djar tal-anzjani u fiċ-ċentri ta’ matul il-jum u r-regolamentazzjoni tal-promozzjoni ta’ ikel li jista’ jkollu effetti ħżiena fuq il-ġisem

Hi biss azzjoni waħda li ġiet indirizzata permezz ta’ avviz legali li ddaħħal fis-seħħ sentejn u nofs wara li daħlet fis-seħħ il-liġi – u wara li ħareġ stqarrija jikkritika lill-Gvern li m’għamel xejn

Hu tkellem dwar l-importanza ta’ ikel san fl-iskejjel u appella bixe nikkonvinċu n-nies kontra l-obezità billi ngħidulhom li persuni obeżi jgħixu ħajja iqsar. F’dan, aħna kostruttivi u se nagħtu sehmna, sostna Ryan Callus.