– Toni Bezzina, PN
Toni Bezzina qal li l-proposti tal-Oppożizjzoni qed jiħu injorati u qal li fit-trasport u l-infrastruttura dan hu budget riċiklat u bla viżjoni fit-tul. Hu kompla li t-traffiku qed jifni lill-poplu Malti u sostna l-PN kien ilu erba’ snin jipproponi trasport b”xejn għat-tfal tal-iskejell iżda l-Gvern Laburista ħalliha fuq l-ixkaffa.
Issa din twettqet bla pjanar u hemm ġenitrui li għadhom bla trasport. Il-gvern mhux jintroduċi karreġġati għar-roti waqt li r-roti mhux jitħallew jitgħabbew fuq il-karrozzi tal-linja. Hu qal li mhux qed ikunu introdotti kareġġati għar-roti u m’hemmx alternattivi. L-investiment fil-bus shelters mhux isir.
L-2016 kien hemm żieda fin-numru ta’ imiwet kaġun ta’ inċidenti tat-traffiku Bejn l-2013 u l-2016 żiedu 1250 fix-xahar li wassal għal żeida fit-tniġġiż fl-arja. Malta tinsab ir-raba’ mill-aħħar fil-kwalità tal-arja fl-UE. Dan juri li l-pjani tat-trasport pubbliku ma rnexxiex.
Toni Bezzina kompla li t-trasport pubbliku hu diskriminatorju fil-konfront ta’ persuni li għandhom diżabbiltà.
Hu tkellem dwar it-trasport pubbliku u semma’ d-diversi problemi li l-pubbliku qed jiffranka u qal li ż-żieda fil-patronaġġ hi żieda tat-tkabbir ta’ 60,000 immigrant.
Toni Bezzina semma’ t-toroq u semma’ l-proġetti ta’ toroq li għamel gvern Nazzjonalista. Hu enfażizza l-importanza li jkunu mgħallma ċertu snajjiet importanti.
//= $special ?>