– Marthese Portelli, PN
Id-deputat Nazzjonalosta Marthese Portelli appellat biex fit-trattazzjoni dwar l-applikazzjonijiet tal-ippjanar u l-bini kulħadd ikun trattat l-istess.
Fil-parlament Marthese Portelli tkellmet dwar il-pjani lokali u qalet li hemm volum kbir ta’ xogħol biex dawn ikunu aġġornati u l-miri mhux jinżammu tant li dawn jinsabu erba’ snin wara li kellhom jitlestew. Irid ikun ikkunsidrat il-mod kif qed iseħħ l-iżvilupp fil-pajjiż.
Dwar il-master plans, hi semmiet il-master plan ta’ Paceville li kellu jkun lest sa Jannar 2107 iżda s’issa dan mhux lest. Fit-trasport hemm numru ta’ miżuri li ttieħdu u għalhekk bl-istess mod l-ippjanar għandu jingħata l-istess prijorità.
Hi tkellmet dwar ir-rowl tas-Sovratinent tal-Wirt Kulturali fejn jidħlu l-applikazzjonijiet tal-ippjanar. Kull applikazjzoni trid tkun assenjata wkoll għall-evalwajazzjoni tas-Sovratindenza tal-Qorti Kulutrali iżda ħafna applikazzjonijiet importanti mhux jingħataw l-importanza mis-Sovratindenza. Jeħtieġ li din ikollha iktar nies biex tkun tista’ taħdem iżda mhux sew li jintilef il-wirt kulturali u l-applikant jitwettaq għaliex ma kellux tweġiba.
Dwar il-policies tal-ippjanar Marthese Portelli qalet li wasal iż-żmien li l-liġi tkun ċara, il-membri tal-bord ma jkunux jistgħu jagħtu l-interpretazzjoni tagħhom. Għandha tkun ikkunsidrata struttura dwar il-policy minħabba applikazzjonijiet li jkunu jikkonċernaw iktar minn policy waħda. L-ISPED wasal għal reviżjoni fi żmien sena, qalet Marthese Portelli, li tkellmet ukoll dwar il-proġetti kapitali fejn qalet li l-viżjoni ta’ pajjiż trid tkun waħda fit-tul.
Dwar is-suq tal-propjetà, Marthese Portelli qalet li dan is-suq għandu impatt dirett fuq l-ekonomija tal-pajjiż; suq li jiddetermina l-futur ta’ Malta. Hi sostniet li tajjeb li jkun hemm il-Building and Construction Regulator iżda dan għandu jkollu r-riżorsi.
Hu tajjeb li white paper dwar il-liġi tal-kirjiet ħarġet iżda d-dibattitu se jinħoloq meta l-proposti jiġu biex ikunu implimentati. Ma jistax ikun li dan is-suq jibqa’ jiżviluppa bil-mod kif qed jiżviluppa, sostniet Martehse Portelli.
Il-liġi tal-kirjiet hi liġi li taqta’ miż-żewġ naħat. Il-pajjiż illum m’għandux informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq, sostniet Marthese Portelli.
//= $special ?>