Futbol Sport

L-għawwiem Taljan Filippo Magnini sospiż erba’ snin

It-Taljan Filippo Magnini ġie sospiż erba’ snin mill-awtoritajiet Taljani kontra d-doping minħabba użu jew tentattiv ta’ użu minn sustanzi tad-doping. L-eks għawwiem assigura li kien se jappella. Magnini li hu darbtejn rebbieħ tad-dinja fil-100 metru freestyle, li issa hu rtirat, qal li s-sentenza hi iebsa minħabba li m’hemmx evidenza jew ġie ppruvat il-kontra.

L-aġenzija Taljana kontra d-doping kienet talbet għas-sospensjoni ta’ tmien snin għal Magnini u erba’ snin għal Michele Santucci. Iż-żewġ sewwieqa kienu sospiżi erba’ snin. L-investigazzjoni kienet infetħet wara bidu ta’ proċeduri kriminali kontra Guido Porcellini, tabib tan-nutrizzjoni li kien akkużat bi traffikar ta’ drogi. Hu kien sospiż 30 sena mill-ġustizzja sportiva.

Magnini li għandu 36 sena rtira f’Ottubru li għadda. Jidher li ċertu prodotti kienu indirizzati għalih imma skont l-investigaturi hu lanqas użahom u lanqas irċevihom. L-eks għawwiem Taljan kien champion tad-dinja fil-100 metru freestyle fl-2005 u fl-2007 kif ukoll rebaħ il-midalja tal-bronż fl-Olimpjadi tal-2004 fit-tim Taljan tal-4x200m relay.

Tags