Il-logħba minn Grupp B tal-UEFA Champions League bejn Inter u Barcelona hi fost l-aktar mistennija mill-ewwel logħbiet tar-raba’ ġurnata. F’din il-logħba, Stadio Giuseppe Meazza hu mibjugħ kollha b’total ta’ 73,500 spettaturi minn 27 pajjiż diversi attendew għal din il-logħba. Proprjament l-istadium Taljan jilqa’ fih aktar spettaturi iżda t-total hu anqas milli jiflaħ minħabba li hemm biss 800 spettatur ta’ Barcelona minn possibbiltà ta’ 5,500 post.
Din il-logħba daħlet fl-istorja tal-futbol Taljan minħabba li d-dħul finanzjarju hu l-ogħla wieħed għall-futbol Taljan, b’total ta’ €5.8 miljun għal skwadra Taljana. L-aktar reġjuni popolari f’din il-logħba huma Lombardia li hu r-reġjun ta’ Milan u Puglia.
Iżda fi statistika partikolari jidħol pajjiżna. Minn statistika uffiċjali maħruġa, b’mod ovvju l-Italja hu l-aktar pajjiż rappreżentat mill-partitarji għal din il-logħba. Warajhom hemm l-Iżvizzera u fit-tielet post hemm il-partitarji Maltin f’din il-klassifika tal-aktar preżenti. Wara Malta hemm ir-Renju Unit u l-Ġermanja.
//= $special ?>