Lokali

RITRATTI: Adrian Delia jiltaqa’ ma’ Swieqi United FC

Il-Kap tal-PN Adrian Delia, żar il-klabb tas-Swieqi United FC waqt li uħud mit-tfal kienu qed jagħmlu t-taħriġ fil-grawnd tal-Junior College fl-Imsida. Adrian Delia qal li l-isports huwa ta’ importanza kbira u fakkar li proġetti sportivi huma importanti għaliex iwasslu lit-tfal valuri ta’ dixxiplina u r-rispett.

Min-naħa tiegħu l-President tas-Swieqi United FC Justin Fenech qal li f’pajjiżna hemm bżonn ta’ aktar inċentivi għall-faċilitajiet sportivi biex l-isports isir parti norma għal ħafna.

Mal-Kap tal-PN kien hemm ukoll il-Viċi Kap tal-PN għall-ħidma fil-Partit, Robert Arrigo.

Aktar qabel ilbieraħ Adrian Delia laqa’ fid-Dar Ċentrali lill-Federazzjoni tal-Motorsport ta’ pajjiżna.

“L-isport u l-isportivi f’pajjiżna jixirqilhom appoġġ u investiment” – Adrian Delia