Dibattitu nazzjonali biex ikun hemm aktar responsabbilità soċjali. F’konferenza organizzata minn Tumas Fenech Foundation for Education, flimkien mal-President Foundation for the Wellbeing of Society ittellat attività li kellha l-għan li tindirizza il-ġurnalisti, l-NGO’s, u l-eżekuttivi korporattivi involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CSR – Corporate Social Responsability, dan bl-għan ukoll li toħloq aktar kuxjenza sportiva dwar il-ħidma tal-entitajiet.
Tul din il-konferenza kien hemm fil-panel id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus illi f’kummenti lil Net News spjegalna aktar dwar dan.
Ryan Callus tkellem wkoll fuq il-ħidma tiegħu u tal-Oppożizzjoni f’dan il-kuntest. Huwa qalilna wkoll dwar il-ħidma tal-PN dwar l-obeżità huwa qal li jemmen li l-kumpanniji li jħaddmu jistgħu jgħinu biex din il-problema titaffa anki jekk joffu huma forma ta’ dita bilanċjata lill-ħaddiema.
Callus qal li f’Malta hawn mal-450 klabb tal-isports, li uħud jagħtu kontribut kbir lil-lokalitajiet li jilqgħu numru ta’ problemi, soċjali, ta’ riġenerazzjoni u oħrajn. Huwa qal li din l-għajnuna fis-soċjetà nistgħu nkomplu nkabbruha u ntuha l-appoġġ sostenn.