Antonella Rogers hi mara li f’ħajjitha għaddiet minn bosta. F’April li għadda kellha l-aħħar intervent mediku li fih it-tobba neħħewlha għal kollox il-kanċer aggressiv li kellha fuqha. Iżda ftit wara, tilfet lil ommha.
Omm Antonella mietet fl-1 ta’ Ġunju li għadda, anke hi b’kanċer. Quddiem dan kollu, Antonella baqgħet pożittivà.. tant illi kitbet ktieb bl-isem ta’ “Ispirazzjoni għall-ħajja”, kif spjegat hi stess f’intervista mal-programm NET LIVE.
Hija spjegat x’inhi l-ispirazzjoni li wasslitha biex akkost ta’ kollox tibqa’ għaddejja.
Antonella qalet li kienet għaddiet mill-bullying meta kienet iżgħar. Iżda issostni, li kull ħaġa li tiġri fil-ħajja tista’ ddawwarha f’opportunità.
Antonella temmen li dan il-ktieb se jnissel ispirazzjoni fin-nies li se jaqraw… filwaqt li jagħti tagħlima lil dawk li qed ifittxu l-għajnuna.
//= $special ?>