Lokali

FILMAT: X’inhu l-Kungress tal-PPE u x’qed tagħmel id-delegazzjoni tal-PN f’Helsinki?

Il-PN jieħu sehem fil-Kungress tal-akbar familja politika Ewropea

Kmieni qabel jibda l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew f’Helsinki, fejn hawn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkumpanjat minn disa’ persuni oħra f’isem il-Partit Nazzjonalista, NET News daħal fil-Press Room fejn tkellem mal-Advisor tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew Matthew Bonett.

Matthew Bonett spjega kif preżenti fil-Finlandja hawn diversi Kap ta’ Stati u Mexxejja ta’ Partiti li jiffurmaw parti mill-istess familja politika tal-Partit Nazzjonalista, u li flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jkunu qegħdin jiddiskutu l-futur tal-Unjoni Ewropea. Il-Partit Popolari Ewropew huwa l-akbar familja politika fil-Parlament Ewropew wara li kiseb l-akbar ammont ta’ voti fl-aħħar elezzjoni madwar l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Ara l-filmat bl-aħħar dettalji minn Helsinki.