Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, flimkien mad-delegati tal-Partit Nazzjonalista waslu fiċ-ċentru fejn qed jiġi organizzat il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) f’Helsinki.
Għal dan il-Kungress importanti għall-futur tal-Unjoni Ewropea, Adrian Delia se jkun qed jiġi akkumpanjat minn delegazzjoni ta’ għaxar persuni: il-Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari David Agius, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, il-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono, il-President tal-Eżekuttiv Mark Anthony Sammut, is-Segretarju Internazzjonali Roslyn Borg Knight, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Robert Cutajar, u t-tliet MEPs f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech.
Aktar tard, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ maċ-Chairman tal-PPE Manfred Weber – li wkoll hu kontestantant biex jintgħażel bħala kandidat għall-President tal-Kummissjoni Ewropea f’isem il-PPE.
//= $special ?>