Internazzjonali

Id-Demokratiċi tal-Istati Uniti jieħdu l-kontroll… tħassib għal Trump

Id-Demokratiċi tal-Istat Uniti ħadu l-kontroll tal-Kamra tad-Deputati fl-elezzjonijiet tal-Mid Term. Dan wassal għal tħassib sejru għat-tmexxija tal-President Donald Trump. Għall-ewwel darba fi tmien snin id-Demokratiċi se jkunu jistgħu jxekklu l-aġenda tal-President.

L-Amerikani lbieraħ ivvutaw f’dawk li jissejħu Mid Terms – l-elezzjonijiet għall-435 siġġu fil-Kamra tar-Rappreżentanti u 35 siġġu fis-Senat. Dan apparti elezzjonijiet separati li fihom tkun qed issir votazzjoni għal Gvernaturi f’diversi stati.

Għal Donald Trump dawn il-Mid Terms kienu meqjusa test importanti immens. Il-votazzjoni madwar il-pajjiż kollu kienet ikkunsidrata daqs li kieku qed isir referendum għall-Presidenza ta’ Trump.