Lokali Parlament

Il-fqar baqgħu fqar

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo sostna li wara l-budget, il-fqar marru lura għax il-fqar baqgħu fqar. Iż-żieda tal-għoli tal-ħajja mhix biżżejjed għax il-gvern ħadha minn qabel. Il-ħobż għola b’24 ċenteżmu b’effetti speċjalment għall-fqar. Il-gvern għandu jiftaħar bil-budget meta kulħadd ikollu saqaf fuq rasu; ilbsu l-umiltà.

Fil-parlament Ivan Bartolo appella biex tinqata’ l-burokrazija fl-akkomodazzjoni soċjali għaliex din suppost li qeeda hemm biex toffri l-wens u s-solidarjetà. Hu qal li l-Gvern issa se jibda’ jisma’ l-karba dwar il-kirjiet. Hu qal li l-istħarriġ fil-white paper mhux reali. L-ekonomija kibret minħabba l-popolazzjoni u mhux minħabba żieda fil-produzzjoni.

Hemm 3,291 persuna jistennew akkomodazzjoni soċjali u 549 talba pendenti li jridu jibdlu l-post ma’ post alternattivi. Erba’ snin oħra se tagħlaq l-iskema Kiri minħabba li l-parti l-kbira tas-sidien iridu l-appartamenti lura. Il-gvern m’għandux pjan għal din is-sitwazzjoni. X’inhi l-politika tal-Gvern fejn jidħlu lifts u għandu pjan għal aktar aċessibbiltà, l-aktar għall-anzjani li jgħixu fl-appartamenti ta’ fuq?

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-iskema għall-fostering u skemi oħra dwar il-vjolenza domestika, support living semi-independent living, irranġa d-dar tiegħek biex jibqgħu fil-komunità u bejgħ tad-djar tal-gvern.

Dwar il-housing soċjali, id-deputat Nazzjonalista qal li s-siti msemmija kienu identifikati minn Gvern Nazzjonalista fis-snin 90. Dawn jieħdu gost jifirħu b’rix ħaddieħor. Il-Gvern inqabad f’paniku u qed jipprova jpatti għal dak li sarx.

Il-gvern ma beniex appartament wieħed u l-familji ma jistgħu jlaħqqu mal-prezzijiet. Dan hu gvern li sar vulenrabbli għax għajja. Dan hu gvern li jidħak bil-poplu iżda l-fora ma jieklux bis-slogans u birr-wrapping papers. Il-M Maltin m’humiex numri, sostna Ivan Bartolo, li qal li l-għafsa tal-għoli tal-ħajja fuq in-nies qed jinħass iktar.