– Ryan Callus, PN
Meta tkellem dwar il-Vot għall-Espropriju, id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-ikbar daqqa ta’ ħarta għall-Awtorità tal-Artijiet huwa l-fatt li għas-sena li ġejja l-ispiża ddedikata għall-ħlasijiet ta’ espropriji passati u riċenti naqset minn €10 għal €8.5 miljuni. Il-Gvern qed itawwal l-inġustizzja billi jnaqqas il-vot finanzjarju allokat għall-ħlasijiet ta’ espropriji passati.
Fil-parlament Ryan Callus qal li kien Gvern Nazzjonalista li fl-2003 biddel darba għal dejjem il-mod kif isir l-espropriju, biex meta l-Gvern jieħu l-artijiet, għandu jħallas lis-sidien origġnali mal-ewwel qabel isir l-espropriju.
Id-dħul tal-Awtorità tal-Artijiet għal din is-sena, hu stmat li jkun €40 miljun, żieda ta’ €8 miljuni fuq is-sena ta’ qabel.
Dejjem proponejt biex id-dħul li ddaħħal l-Awtorità jibqa’ għand l-Awtorità sbiex tagħmel tajjeb għall-espropriji passati. Din il-proposta qatt ma ntlaqet mill-Gvern f’dawn is-snin kollha.
Hu stmat li l-Awtorità se ddaħħal min bejgħ ta’ propjetà tal-Gvern madwar €8 miljuni din is-sena. Jista’ l-Gvern tal-inqas iħalli dawn it-€8 miljuni fil-fond tal-Awtorità; biex ma ngħidux id-dħul kollu ta’ E40 miljun! Dan huwa l-ikbar difett f’dan il-baġit għall-Awtorità tal-Artijiet li se jnaqqsilha s-saħħa tagħha milli tagħmel xogħolha.
Hu qal li l-pajjiż sejjer lura għaż-żminijiet meta l-Gvern kien jiġi u jeħodlok l-art mingħajr avviż. Kien hemm mumenti fejn bħala Membru tal-Bord tal-Gvernaturi ħassejtni qed ngħix fit-tmeninijiet, meta l-Ministru ta’ dak iż-żmien kien jaqbad u jidħollok fi ħwejġek, bl-inġenji tad-Diparitment tax-Xogħol u jibda jibni jew xi djar għal housing jew xi triq. Imbagħad tmur u ssib li dahlulek, kisru li sabu u int ma taf b’xejn.
Din kienet it-telefonata li rċevejt mingħand sid li staqsieni jekk l-art in kwistjoni kienetx giet esproprijata. Huwa kien qed jistenna li bħala Membru tal-Gvernaturi kont naf. Iżda ma kelliex għazla oħra ħlief li ngħidlu li l-Ministru Borg ma kellu l-ebda dritt jidħollok fl-għalqa qabel jkun kisibha b’dikjarazzjoni għal skop pubbliku.
Pero’ dan ma kienx l-uniku każ fejn Transport Malta qabdet u daħlet. Kien hemm il-każ tat-Triq tal-Balal fil-Għargħur, tat-twessiegħ tar-roundabout tal-Ajrurport, kif ukoll il-bypass li nħolqot minn Ta’ Qali għat triq taħt l-Imdina.
Il-Ministru Borg donnu jħossu komdu jaqbad u jidħol fi ħwejjeg in-nies bħallikeiku dawn kienu tiegħu. Ma ntiħx tort, għax il-Prim Ministru saħansitra daħakha fid-diskors tiegħu għall-bagit meta kritikajna l-mod kif saru l-affarijiet.
Hu sostna li l-Awtorità naqset milli tingaġġa c-Chief Financial Officer u għad m’hemmx aChief Financial Officer. Da f’Awtorità b’introjtu ta’ €40 miljun u dħul ta’ €11 miljun u mghandhiex persuna responsabbli mill-finanzi. Nkun onest, qtajt qalbi li l-Awtorita’ xi darba jkollha Chief Financial Officer. Din hi riċetta perfetta għal skandlu finanzjarju.
Dwat il-bidla fil-Kap Eżekuttiv Ryan Callus qal li l-Awtorità bidlet hesrem il-Kap Eżekuttiv tagħha f’din is-sena. Kull kap iġib it-tibdiliet tiegħu, kemm għall-aħjar u kemm għall-agħar. Il-persuna magħżula ghall-kariga ta’ Kap Eżekuttiv kien magħruf ħafna qabel ħarġu s-sejħiet għall-pożizzjoni kien James Piscopo. Is-sejħa għall-kariga kienet waħda farsa.
Hu semma l-Kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess u qal li dan l-aħħar tqajmet il-kwistjoni tal-kunflitt ta’ interess ta’ ufficċal tal-Awtorità fir-rigward ta’ każ partikolari. Il-Bord tal-Gvernaturi jeħtieg iqis l-artijiet tal-Gvern, tal-poplu, daqs li kieku kienu tiegħu, u jiġġieled għalihom daqs li kieku huma parti mill-wirt tiegħu. Għalhekk, għandu jiġi evitat kull possibiltà ta’ kunflitt ta’ interess. Tibdil f’kundizzjonijiet ta’ konċessjonijiet mogħtija mill-Parlament, jeħtieġ jerġghu jinġiebu fil-Kumitat tal-Verifika fil-Parlament jekk ikun hemm talba biex jinbidlu. La ngħataw mill-Parlament, għandu jkun il-Parlament li jkollu s-setgħa jbiddilhom.
//= $special ?>