Lokali Parlament

Il-ħaddiema u l-istudenti Għawdxin li jiġu Malta għall-istudji u x-xogħol għandhom ikunu mgħejjuna

– Marthese Portelli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli appellat biex l-istudenti u l-ħaddiema Għawdxin li jinżlu Malta biex jistudjaw jew jaħdmu għandhom ikunu mgħejjuna fl-istess tat-trasport u l-akkomodazzjoni li huma jagħmlu.

Meta kienet qed titkellem fil-parlament Marthese Portelli tkellmet dwar l-istudenti u l-ħaddiema Għawdxin li jmorru Malta u qalet li dawn imorru Malta għax m’għandhomx għażla oħra. Għalhekk kull għajnuna lil dawn l-Għawdxin qed tingħata għax verament hemm bżonnha; minħabba l-iżolament. Dwar ir-trasport, hi qalet mhux il-ħaddiema kollha jistgħu jużaw it-trasport pubbliku minħabba li dan ma jipprovdix is-servizzi kollha.

Għalhekk il-ħaddiema Għawdxin jużaw il-karozzi tagħhom u hemm min jorganizza trasport komuni li jiswa bejn €250 u €400 kull wieħed. Din l-ispiża għandha tkun koperta kollha billi tingħata rifużjoni jew billi jkun organizzat trasport mill-gvern. Hi qalet li l-hostels tal-istudenti m’humiex biżżejjed u kompliet li min ma jsibx rifużjonji fil-hostels ikollu jikru fil-viċianzi tal-Università fejn il-kirjiet huma kbar ħafna.