Lokali Parlament

Il-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin għandha tkun bħal dik tal-Maltin

(Arkivji)

Provi li pazjent f’Għawdex miet minħabba li ma kinx hemm helicopter fl-Isptar t’Għawdex

– Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said sostna li għandu jkun assigurat li l-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin tkun l-istess bħal dik tal-Maltin.

Fil-parlament Chris Said qal li hemm diversi proġetti li Gvern Laburista wiegħed iżda li ma twettqux. Din id-darba fil-budget, il-gvern ma semmiex ħafna proġetti biex dak li kien imwiegħed issa forsi jitwettaq. Hu qal li hemm inizjattivi żgħar u tajbin għal Għawdex fosthom ir-rata preferenzjali dwar min jixtri propjetà f’Għawdex.

Chris Said qal li l-akbar preokkupazzjoni għall-Għawdxin hi s-saħħa u sostna li l-gvern ma żammx il-kelma tiegħu dar il-bini ta’ sptar ġdid; liema sptar kellu jitlesta fi żmien sentejn. M’hemmx ġebla waħda fl-isptar ġdid t’Għawdex iżda l-€50 miljun lil VITALS u lil Steward qed jingħataw. Hu appella biex ikun hemm miżuri biex il-konsulenti Għawdxin ma jitilqux minn Għawdex.

Chris Said kompla li l-uniku inizjattivi tal-gvern fil-budget huma dawk li jgħinu lill-ħaddiema li jaħdmu Malta. Din hi ammissjoni li l-gvern qata’ qalbu li jsib xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex. Hu tkellem dwar l-għajnuna lill-istudenti Għawdxin f’Malta u qal li din l-għajnuna kellha tiżdied minħabba l-ħlasijiet tal-kirjiet tal-appartamenti li llum tant għoljew iżda dan ma seħħx. Hemm min qed jaqta’ qalbu biex iħallas il-kirjiet.

Il-gvern am żammx kelmtu lanqas fuq ir-residenza għall-istudenti fl-università għax din ma twettqitx.
Dwar l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex, Chris Said qal li l-istrateġija dwar kif għandu jaħdem Għawdex intensiet. Il-PN jemmen li Għawdex ikollu Kunsill Reġjonali elett mill-Għawdxin b’fondi biex jaħdem u b’poteri eżekuttivi. It-tmexxija ta’ Għawdex għandha tkun mill-Għawdxin għall-Għawdxin.

Chris Said ippropona li l-kunċett ta’ Għawdex reġjun jidħol fil-kostituzzjoni biex Għawdex ikun meqjus reġjun f’kollox inkluż fil-fondi u fil-governanza. Wara, il-governanza ssir mill-Għawdxin stess. Hu semma’ diversi inizjattivi li saru u qal li ħafna mill-inizjattivi u fondi li jinħarġu minn Għawdex, mhux fil-fatt qed jintefqu f’Għawdex.

Dwar il-konnettività, Chris Said qal li l-budget ma jsemmi xejn dwar il-konnettività, lanqas dwar ir-raba’ vapur jew link oħra. Dan meta l-Gvern wiegħed li se jagħmel konnettività bl-ajru mal-Mediterran. F’dawn is-sitt snin ma sar xejn dwar il-konnettività u tneħħa s-servizz ta’ Sa Maison meta dan kien servizz importanti għall-komunità kummerċjali u kien jevita t-traffiku.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-mina tintuża biss fil-budget u sostna li l-gvern la għamel mina u lanqas pont. Il-Gvern Laburista ħela erba’ snin biex issa ġab l-istess konsulenti. Hu ppropona li jidħol ir-raba’ vapur bejn Malta u Għawdex waqt li jibda jaħdem il-fast ferry service. F’dan il-budget m’hemm xejn fuq il-fibre optic cable.

Chris Said tkellem dwar ix-xogħol f’Għawdex u qal li l-paga medja ta’ aħddiema Għawdxi hi €16,000 waqt li f’Malta hi ta’ €18,300. Fl-2012 id-differenza kienet biss €370; ilum id-differenza bejn ħaddiem Għawdxi u Malti kibret. Id-dħul tal-familji hu ta’ €28,000 f’Malta u €24,000 f’Għawdex; id-differenza kibret ħafna taħt Gvern Laburista.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-saħħa u qal li l-gvern biegħ l-uniku sptar f’Għawdex. Id-deputati Laburista ma qablux ma’ dan iżda ma tkellmux. VITALS serqu u telqu u issa jidher li Steward qed jitkellmu biex ibiegħu. Il-Prim ministru issa se jiftaħ Ċentru tal-Atonomija għall-istuenti ta’ Barth’s, li qed jingħataw boroż ta’ studju li mhux magħruf min qed iħallashom. Dan se jsir fiċ-Child Day Centre mibni minn gvern Nzzjonalista issa se jingħata lil Barth’s meta dan kellu jkun ċentru li fih it-tfal Għawdxin ikollhom is-servizzi kollha. X’inhi r-raġuni li l-konsulenti Għawdxin qed jitilqu minn Għawdex?

Dwar il-helicopter, Chris Said qal li kien hemm ħajjiet oħra li ntilfu minħabba n-negliġenza f’Għawdex. Sar cover up minn iknjesta li saret biss beix tgħatti l-fatti. Fil-file tal-pazjent li miet hemm miktub mit-tobba ‘no helicopter service’ u ‘since helicopter is not wokring and fastest way is….’. Is-CEO ħa r-ritratti tal-helicopter siegħat wara biex jipporva jgħid li l-helicopter kien hemm meta dan ma kinx minnu u l-pazjent miet.

Chis Said tratta l-edukazzjoni f’Gaħwdex u qal li ma jissemma’ xejn fil-budget bl-ITS qed imut u l-korsijiet nixfu waqt li hemm skejjel sekondarji f’Għawdex li m’għandhomx għalliem tal-Malti. Sitt sin ilu jgħid il-gvern li jrid jibni skola primarja ġdida.

Dware l-infrastruttura, Chirs Said tkellem dwar it-toroq u qal li hemm vot ta’ €100 miljun għal Infrastructure Malta għalkemm m’hemm l-ebda triq għal Għawdex. Għal Għawdex hemm ivvotati €4 miljuni għat-toroq.

Chris Said kompla li l-prijoritajiet iridu jkunu l-governanza, l-infrastrutura u li l-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin tkun bħal dik tal-Maltin.