Lokali Parlament

Ir-reġjonalità ta’ Għawdex għandha tidħol fil-kostituzzjoni

– David Stellini, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li l-PN jememn f’politika mibnija mir-residenti Għawdxin għal Għawdex u appella biex ir-reġjonalità ta’ Għawdex tidħol fil-kostituzzjoni flimken mal-ħolqien ta’ assemblea reġjonali għal Għawdex.

Fil-parlament hu qal li fil-passat kien hemm il-kunsill ċiviku li ġab ħafna ġid f’Gaħwdex fejn saru ħafna proġetti iżda gvern Laburista kien neħħieh. Il-PN dejjem emmen fis-sussidjarjetà, sostna David Stellini, li kompla li Għawdex għandu sfidi u opportunitajiet differenti minn Malta.

Għalhekk Għawdex għandu jkollu politika distinta minn dik ta’ Malta. Hu qal li l-PN jememn f’assembela eletta mill-Għawdxin u jkunu hmua li jiddeċiedu d-direzzjoni politika għal Għawdex. Il-Gvern qed jipproponi Awtorità li timpliementa biss ir-rieda tal-Gvern.

David Stellini appella biex il-park and ride isir u sostna li kien ikun aħjar kieku l-fast ferry jinkludi l-karozzi u jidħol il-Marsa u l-Belt biex it-traffiku jkun evitat. Hu qal li t-tennis court għadu ma tlestiex u sostna li hu tajjeb li ssir ukoll il-pixixna.

Dwar ir-raba’ vapur, David Stellini qal li dan hu aspett importanti u appella biex id-demmiela ma ssirx u biex isisr tinda għall-ħaddiema tal-Gozo Channel.