Lokali Parlament

Iż-żieda fid-dħul mit-taxxi kellha titqassam b’mod iktar ġust ma’ dawk vulnerabbli

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li ż-żieda fid-dħul mit-taxxi kellu jitqassam b’mod iktar ġust ma’ dawk vulnerabbli.

Fil-parlament Claudio Grech qal li hawn partijiet tas-soċjetà li r-riskju tal-faqar tagħhom mhux fuq l-istess livell tal-bqija tas-soċjetà.Dawn huma l-persuni ta’ iktar minn 65 sena, id-daqs tal-familji u familji b’ġenitur wieħed huma dawk li l-aktar jintlaqtu ħażin.

Hu semma’ l-elementi pożittivi fil-budget fosthom l-inward benefits li kellhom impatt kbir fuq il-qasam tax-xogħol. Il-gvern żied it-taxxi bi €350 miljun iżda dan id-dħul mhux jitqassam b’mod ġust fl-oqsma li neċessarjament għandhom jingħataw prijorità. Il-prijorità għandha tkun għal min hu l-aktar vulnerabbli.

Dwar il-pensjonijiet, Claudio Grech qal li l-adegwadezza tal-pensjoni hi xi ħaġa diffiċli ħafna. Hu semma’ l-immmedjatezza ta’ dawk li għandhom diffikultajiet u kompla li l-gverns eta jalloka aħfna iktar mill-€10 miljuni għall-pensjonijiet.

Hemm ukoll is-soluzzjonijiet fit-tul; sitwazzjoni li għandha tkun indirizzata b’mod strutturat.
Dan għandu jsir billi jinħoloq kumitat parlamentari li jfasal il-futur tal-pensjonijiet tal-pajjiż. Fis-snin li ġejjin, bla ma jingħataw żidiet, aktar se jkun hawn sfida ewleninija biex il-pensjonijiet ikunu sostenibbli. Irid ikun ikkunsidrat ukoll li l-poplu qed jgħix iktar.

Claudio Grech tkellem dwar id-differenzi fid-dħul tan-nies u qal li l-qasam soċjali għandu wkoll impatt fuq is-saħħa mentali. Hu kompla li s-sitwazzjoni soċjali tista’ tkun diversa u għalhekk wasal iż-żmien li terġa’ tibda diskussjoni fuq living income.

Hu tkellem fuq il-gruppi vulnerabbli u qal li jeħtieġ li l-pakkett tas-social welfare għandu jkun ikkunsidrat fejn trid tingħata prijorità lill-persuni vulnerabbli. Jeħtieġ li min hu vulnerbabli għandu jingħata imbuttatura ‘l quddiem biex itejjeb is-sitwazzjoni soċjali. Fost il-kategoriji involuti hemm familji kbar, anzjani ta’ iktar minn 65 sena, familji b’ġenitur wieħed u familji b’persuni vittmi tal-abbuż tad-droga. Jeħtieġ li jiżdied il-finanzjament fis-settur soċjali, sostna Claudio Grech.