Lokali

AĠĠORNATA: Anzjana tintlaqat minn vettura fil-Mosta

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Mara ta’ 81 sena mill-Mosta ntlaqtet minn vettura fi Triq Dawret il-Wied, il-Mosta, f’inċident li seħħ għall-ħabta tat-15.15.

Net News jinsab infurmat li l-vittma ttajjaret minn sewwieq ta 63 sena mill-Mosta wkoll, li kien qed isuq vettura tat-tip Toyota Belta.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-mara l-Isptar Mater Dei b’urġenza għal aktar kura fejn aktar tard ġiet ċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi gravi.

Intant il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa.